Il-Kummissarju Għoli għall-Indja Reuben Gauci jżur il-Missjunarji Maltin f’ Jharkhand għall-Milied
Navigate Up
Sign In

Il-Kummissarju Għoli għall-Indja Reuben Gauci jżur il-Missjunarji Maltin f’ Jharkhand għall-Milied

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Diċ 29, 2022
 
Fil-perjodu 24 sa 27 ta’ Diċembru 2022, delegazzjoni mill-Kummissjoni Għolja ta’ Malta għall-Indja fi New Delhi, liema delegazzjoni kienet immexxija mill-Kummissarju Għoli ta’ Malta għall-Indja, l-E.T. Reuben Gauci u kienet tinkludi lil mart il-Kummissarju Għoli, Dott Olga V. Gauci, il-Viċi kap tal-Missjoni, is-Sur Ivan Vassallo u membri oħra kurrenti tal-Kummissjoni Għolja, żaret Kolkata fl-Istat ta’ Bengal tal-Punent u Dumka fl-Istat ta’  Jharkhand.

Matul din iż-żjara, id-delegazzjoni semgħet il-Quddies ta’ lejlet il-Milied fil-Knisja ta’ Madre Teresa f’ Kolkata. F’ Jum il-Milied il-Kummissarju Għoli u d-delegazzjoni tiegħu vvjaġġaw lejn il-Belt ta’ Dumka f’ Jharkhand sabiex iżuru l-Missjunarji Maltin f’ din il-Belt li ilhom jaħdmu għall-karita f’ dan l-Istat għal deċenji sħaħ. Il-Missjunarji Maltin li hemm f’ Dumka, Jharkhand huma: Fr Paul Aquilina SJ li ilu jservi fl-Indja sa mill-1954, Fr Joseph Gauci Sacco SJ li ilu jservi fl-Indja sa mill-1957, Suor Emanuel Borg  ( Taż-Żundajru ) li ilha sservi fl-Indja sa mill-1966 u s-Sa Marcette Buttigieg  li ilha sservi fl-Indja sa mill-1979.

Nhar is-26 ta’ Diċembru 2022, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u Kummerċ, l-Onor Dott Ian Borg tkellem online mal-Missunjarji Maltin u faħħar is-servizz twil u altrwista tagħhom lejn l-umanita’.

Matul din iż-żjara l-Kummissarju Għoli u d-delegazzjoni tiegħu żaru l-Missjonijiet qalb it-tribujiet tas-Santali u l-Paharia fl-Istat ta’ Jharkhand. Il-Kummissjoni Għolja tixtieq tirringrazzja lil Konslu Onorarju ta’ Malta f’ Kolkata is-Sur Ashok Kumar Jhunjhunwala, għall-assistenza u s-sostenn tiegħu.

 320773405_1277468492799166_1807555581797835698_n.jpg 

 321578042_531506438997448_5306514464219546973_n.jpg