Malta tipparteċipa fil- Forum Arċipelaġiku tal-Gżejjer Stati f’ Bali, l-Indoneżija
Navigate Up
Sign In

Malta tipparteċipa fil- Forum Arċipelaġiku tal-Gżejjer Stati f’ Bali, l-Indoneżija

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Diċ 14, 2022
 

Nhar il-5 u s-6 ta’ Diċembru 2022, Malta pparteċipat fir-raba’ Laqgħa Ministerjali tal- Forum Arċipelaġiku tal-Gżejjer Stati ( AIS Forum ) li ttella’ ġewwa l-gżira ta’ Bali, fl-Indoneżija. Dan il-Forum jgħaqqad fih 47 Stati Arċipelaġiċi u Gżejjer sabiex titrawwem ko-operazzjoni fuq erba’ temi li huma l-ekonomija blu, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u d-diżastri, it-tniġġiż tal-baħar bil-iskart tal-plastik, u l-governanza tajba tal-oċejani u l-ibħra. 


Għal din il-Konferenza, Malta kienet rrapreżentat mill-Kummissarju Għoli ta’ Malta għall-Indja, reżidenti fi New Delhi, l-E.T. Reuben Gauci, li vvjaġġa mill-Indja lejn l-Indoneżija speċifikament biex jieħu sehem f’ din il-Konferenza.


It-tema ta’ din ir-raba’ laqgħa Ministerjali kienet :  “ L-elevazzjoni tal- kollaborazzjoni tal-Forum AIS għal Sostennibilita’ u Oċejani b’ saħħithom.”  Matul il-Konferenza, il-Kummissarju Għoli Gauci qara l-istqarrija tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u Kummerċ, l-Onor Ian Borg, liema stqarrija aċċennat fuq l-importanza tal-ekonomija blu li hija equivalenti għad-daqs tas-seba’ l-akbar ekonomija tad-dinja. 


L-intervent ta’ Malta fil-Forum AIS kompla jenfassizza li mill-akwakultura  sal-produzzjoni tal-enerġija offshore,  l-iżvilupp tal-Ekonomija Blu Sostenibbli tista’ ttaffi it-tibdil fil-Klima, toħloq impiegi vasti fl-industriji blu u ħodor, u tipprovdi lill- pjaneta’ b’ mediċini u nutrizzjonijiet sani li huma meħtieġa għal ġejjieni sikur.


Fl-istqarrija, Malta semmiet żewġ proġetti li ġew żviluppati mill-Universita’ ta’ Malta. L-ewwel proġett imsemmi kien l-“ Andromeda microplastic citizen science campaign ”  li huwa smartphone app li tuża l-intelliġenza artifiċjali sabiex tanalizza r-ritratti tal-mikroplastiċi meħuda mill-utent tal-app, u li tgħallem lill-utenti kif jiddentifikaw dawn l-oġġetti tal-plastik. Din l-app maħluqa Malta qegħda tintuża fl- Ewropa bħalissa.  It-tieni proġett li ssemma huwa dak tal-iżvilupp tal-batteriji li jaħżnu l-enerġija bħala soluzzjoni għall-enerġija offshore, liema proġett iġib l-isem ta’  FLASC [ Floating Liquid-piston Accumulator using Seawater under Compression ].

Fl-aħħar tal-intervent Malta ssottolineat li l-Edukazzjoni hija alleat importanti għall-iżvilupp ta’ ekonomija blu sostenibbli u infurmat li skejjel senior f’ Malta qegħdin jipparteċipaw fl-inizjattiva Skejjel Blu. Ingħadd ukoll li Malta hija pużizzjonata tajjeb sabiex toffri tisħiħ fil-kapaċita’ tal-governanza tal-oċejani permezz tal-International Ocean Institute, li jinsab f’ Malta u li għandu ċentri madwar id-dinja, kif ukoll l- International Maritime Law Institute li jinsab ukoll ġewwa Malta. 


participation in the Archipelagic Islands (1).jpg
participation in the Archipelagic Islands (2).jpg
participation in the Archipelagic Islands (3).jpg
participation in the Archipelagic Islands (4).jpg