Jum ir-Repubblika ta’ Malta iċċelebrat f’ Mumbaj, l-Indja
Navigate Up
Sign In

Jum ir-Repubblika ta’ Malta iċċelebrat f’ Mumbaj, l-Indja

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Diċ 20, 2022
 

Nhar it-Tlieta 20 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissarju Għoli ta’ Malta għall-Indja, l-E.T. Reuben Gauci u l-mara tiegħu, Dott Olga V Gauci, iċċelebraw it-48 Anniversarju ta’ Malta Repubblika li ġiet proklamata fit-13 ta’ Diċembru 1974. Ir-Riċeviment sar fil- Breach Candy Club fil-Belt Indjana ta’ Mumbaj. Il-Kummissarju Għoli u martu vvjaġaw min-New Delhi lejn Mumbaj apposta għal din l-okkażjoni. Dan l-avveniment ġie organizzat mill-Konslu Onorarju ta’ Malta f’ Mumbaj, is-Sa Chandra Ruia.


Matul id-diskors tiegħu, li ġie tradott għall-ilsien tal-Hindi minn Dott Olga V Gauci mart il-Kummissarju Għoli, is-Sur Gauci qal li sa minn 1974, Malta kellha disa’  Presidenti u Aġent President wieħed, waqt li l- President attwali , l-Eċċellenza Tiegħu George W. Vella, huwa l-għaxar President tar-Repubblika, u ġie elett mill-Parlament fl-2019 għal terminu ta’ ħames snin.

Fi tmiem id-diskors tiegħu, il-Kummissarju Għoli Reuben Gauci ppropona brindisi għall-President ta’ Malta, l-E.T. George W. Vella u għall-President tal-Indja, l-Eċċellenza Tagħha Droupad​i Murmu.        ​


DSC_100 (1).jpg

DSC_100 (2).JPG

DSC_100 (3).jpg