llum l-E.T. is-Sur Roberto Pace, Ambaxxatur, kien preżenti għas-servizzi li jikkommemoraw it-80 Anniversarju tat-Tieni Battalja f’El Alamein. Dawn l-attivittajiet ġew organiżżati mill-Ambaxxati tal-Ġermanja, l-Italja, ir-Renju Unit u l-Greċja fl-Eġittu. L-Ambaxxatur sellem lis-suldati kollha li ġġieldu u tilfu ħajjithom matul din il-battalja, inklużi dawk ta’ nisel Malti, kif ukoll qiegħed kuruni f’isem Malta.
L-Ambaxxatur Pace kien akkumpunjat mis-Sinjura Lina Al Nafouri, Viċi Kap tal-Missjoni u Konslu.