llum l-E.T. is-Sur Roberto Pace, Ambaxxatur, kien
preżenti għal-prestazzjoni tas-Sinjura Nadine Axisa, li kienet l-ewwel artista
Maltija li ħadet sehem fil-Festival tal-Jazz tal-Kajr. Is-Sinjura Axisa u
l-grupp mużikali tagħha daqqew diversi siltiet mill-albums tagħha Velvet u
l-Ħoss tal-Għabex. Is-Sinjura Axisa kienet
akkumpanjata mis-Sur Joe Debono (keyboards, pjanu, bass u synth),
is-Sur Oliver Degabriele (kuntrabaxx u kitarri) u s-Sur Manuel Pulis (drums).
L-Ambaxxatur Pace organiżża wkoll ikla għall-grupp mużikali, għall-qraba u
ħbieb tagħhom li kienu preżenti għall-kunċert, kif ukoll għal xi Maltin
residenti fl-Eġittu li huma ħbieb u sostenituri tal-grupp mużikali.
L-Ambaxxatur Pace kien akkumpanjat
mis-Sinjura Lina Al Nafouri, Viċi Kap tal-Missjoni u Konslu u l-konjuġi
rispettivi tagħhom, is-Sinjura Bojana Dimitrovska u s-Sur Mohamad Mamoun Al
Nafouri.