Preżentazzjoni tal-kredenzjali tal-E.T. is-Sur Roberto Pace, Ambaxxatur mhux residenti għar-Repubblika tas-Sudan
Navigate Up
Sign In

Preżentazzjoni tal-kredenzjali tal-E.T. is-Sur Roberto Pace, Ambaxxatur mhux residenti għar-Repubblika tas-Sudan

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Fra 09, 2023
 

Illum, l-E.T. is-Sur Roberto Pace, Ambaxxatur, flimkien mal-Ambaxxatur residenti tar-Repubblika tal-Korea, kif ukoll l-Ambaxxaturi mhux residenti tal-Belġju, Finlandja, Bulgarija u Ghana, ippreżenta l-ittri tal-kredenzjali tiegħu lill-E.T. Lt. Ġen. Abdalftah Alburhan A. Alrahmen Alburhan, Kap tal-Kunsill Tranżitorju Sovran tar-Repubblika tas-Sudan.


Qabel iċ-ċerimonja, l-Ambaxxatur Pace ippreżenta l-kopji tiegħu lill-E.T. is-Sur Ali Elsadig Ali, Aġent Ministru tal-Afffarijiet Barranin tar-Repubblika tas-Sudan, waqt laqgħa fejn ġew diskussi kwistjonijiet bilaterali u multilaterali.


L-Ambaxxatur Pace kien akkumpunjat mis-Sinjura Lina Al Nafouri, Deputat Kap tal-Missjoni u Konslu.​