Riċeviment fl-okkażjoni tat-48 anniversarju tar-Repubblika ta’ Malta
Navigate Up
Sign In

Riċeviment fl-okkażjoni tat-48 anniversarju tar-Repubblika ta’ Malta

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Diċ 12, 2022
 

Bl-għajnuna tal-Awtorità tat-Turiżmu, l-Ambaxxatur Pace illum organiżża riċeviment ġewwa l-Conrad Hotel, il-Kajr, biex jiċċelebra it-48 anniversarju tar-Repubblika ta’ Malta. Għal dan ir-riċeviment attendew uffiċċjali mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, membri tal-korp diplomatiku, il-Konsli Onorarji ta’ Malta f’Lixandra u Swejż, negozjanti, kif ukoll membri tad-diaspora Maltija residenti fl-Eġittu.


L-Ambaxxatur Pace jirringrazzja minn qalbu lill-isponsors, li mingħajr is-sostenn finanzjarju tagħhom, din l-attività ma kinetx tkun possibbli; lill-uffiċċjali tal-ATM, li għoġobhom jipprovdu ikel, xorb u materjal promozzjonali Malti; kif ukoll lill-istaff tal-Ambaxxata, għall-isforzi tagħhom sabiex din l-attività intemmet b’suċċess. Ħajr ukoll lis-Sinjura Sandra M.A. Zaffarese, li bis-saħħa tagħha, irnexxielna indewqu lil dawk preżenti l-ikel u xorb tipikament Malti.


cairo_pic (1).jpg 
cairo_pic (2).jpg 
cairo_pic (3).jpg
cairo_pic (4).jpg
cairo_pic (5).jpg
cairo_pic (6).jpg