Żjara lil Samaya Electronics Egypt Ltd
Navigate Up
Sign In

Żjara lil Samaya Electronics Egypt Ltd

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Jan 25, 2023
 

Illum, l-E.T. is-Sur Roberto Pace, Ambaxxatur, żar Samaya Electronics Egypt Ltd., kumpanija ewlenija li tipprovdi għadd ta’ prodotti lis-setturi globali tal-vetturi, ferroviji, ajruplani, mediċina, data u appliances. Il-kumpanija hija sussidjarja ta’ Methode Electronics Inc. fl-Istati Uniti u taħdem fil-qrib ma’ Methode Electronics Malta Ltd. Is-Sinjuri Bassim Elias Matta, MENA Maniġer Ġenerali, Frank Bugeja, Maniġer tal-Impjant, u John Sultana, TPM Maniġer Prinċipali, dawwru lill-Ambaxxatur Pace mal-impjant u spjegawlu l-istadji diversi tal-produzzjoni. Spjegawlu wkoll fil-qosor l-istorja tal-kumpanija u t-tkabbir tagħha kif ukoll il-kollaborazzjoni tal-kumpanija mal-kontroparti tagħha f’Malta.


L-Ambaxxatur Pace jiżżi ħajr lis-Sinjuri Matta, Bugeja u Sultana taż-żjara kif ukoll jixtiqilhom kull suċċess.


L-Ambaxxatur Pace kien akkumpunjat mis-Sinjura Lina Al Nafouri, Deputat Kap tal-Missjoni u Konslu.​


Visit to Samaya Picture1.jpg 
Visit to Samaya Picture2.jpg
Visit to Samaya Picture3.jpg