Diskors tal-ftuħ fit-8 Università Afrikana dwar iż-Żgħażagħ u l-Iżvilupp (AUYD)
Navigate Up
Sign In

Diskors tal-ftuħ fit-8 Università Afrikana dwar iż-Żgħażagħ u l-Iżvilupp (AUYD)

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Jan 04, 2023
 
Fil-kapaċità tiegħu bħala Chairperson tal-Kumitat Eżekuttiv taċ-Ċentru Tramuntana-Nofsinhar, l-E.T l-Ambaxxatur Lorenzo Vella ġie mistieden biex jagħmel id-diskors tal-ftuħ fit-'8th African University on Youth and Development' (AUYD), li saret f'Cape Verde bejn 22-26 ta’ Novembru 2022.

L-Ambaxxatur Vella rrikonoxxa l-ħidma taċ-Ċentru Tramuntana-Nofsinhar fil-politika taż-żgħażagħ kemm fil-livell globali kif ukoll inter-reġjonali. L-NSC jista’ jkollu rwol attiv fl-implimentazzjoni tal-prinċipji u l-għodod tal-Kunsill tal-Ewropa, permezz ta’ proċess ta’ tagħlim interkulturali, billi jrawwem (i) is-solidarjetà u s-sħubijiet; (ii) il-bini tal-kunfidenza bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u s-soċjetà ċivili; u (iii) ftehim reċiproku bbażat fuq il-paċi, il-demokrazija u l-iżvilupp.

Din l-inizjattiva ġiet organizzata fil-qafas tal-proġett ‘Peace Youth Partnership – promoting Euro-Africa cooperation to enhance youth participation for peace’, li huwa ffinanzjat mill-Gvernijiet ta’ Malta, Portugall, u Spanja.

Opening speech by Ambassador Lorenzo Vella, in his capacity as Chair of the Executive Committee of the North-South Centre, at th 
Opening speech by Ambassador Lorenzo Vella, in his capacity as Chair of the Executive Committee of the North-South Centre, at the AUYD 2022

Panel discussion at the AUYD 2022 
Panel discussion at the AUYD 2022

Participants at the 8th African University on Youth and Development’ Cape Verde, 22-26 November 2022
Participants at the 8th African University on Youth and Development’
Cape Verde, 22-26 November 2022

Group Photo: AUYD 2022
Group Photo: AUYD 2022