Fil-qafas tal-10 edizzjoni tal-Forum Dinji għad-Demokrazija, ġew organizzati tlett attivitajiet ta’ poeżija slam fi Strasburgu t-8 ta’ Novembru 2022, biex jigi ċċelebrat d-diversità kulturali u lingwistika, kif ukoll l-impenn tagħna lejn id-demokrazija, bħala wieħed mill-valuri fundamentali.
L-avveniment kien jikkonsisti minn attivita fit-tram ta’ Strasburgu li jwassal għall-istituzzjonijiet Ewropej; prestazzjoni ta’ poeżija multilingwi fl-Emiċiklu tal-Kunsill tal-Ewropa; kif ukoll kunċert u sessjoni ta’ open mic fil-gallarija tal-arti lokali Phillippe Decorde.
L-ispettaklu maqsum f’tlett wirjiet involva artisti minn diversi pajjiżi Ewropej : Rachelle Deguara (Malta), Philippe Schockweiler (Lussemburgu) u Alice Neto de Sousa (Portugall), kif ukoll kontribut vidjo mir-raba’ artist, Léo Cario ( Franza).
Din l-inizjattiva uriet il-ħila, it-talent u l-kreattività eċċezzjonali ta’ l-artisti, u ir-rikkezza kulturali tal-Ewropa. Serviet ukoll biex jiġi trażmett messaġġ b’saħħtu b’appoġġ għad-demokrazija quddiem pubbliku divers ħafna li jvarja mid-delegati u attivisti żgħażagħ tal-Forum, għal dawk li jħobbu l-arti, studenti, iż-żgħażagħ u l-pubbliku lokali.
L-avveniment kien organizzat mid-Delegazzjoni tal-UE għall-Kunsill tal-Ewropa, b’kollaborazzjoni ma’ erba’ membri tal-EUNIC Strasburgu: ir-Rappreżentanzi Permanenti ta’ Malta, il-Lussemburgu, u l-Portugall għall-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll l-‘Alliance Française’ fi Strasburgu.
Ir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu tixtieq tesprimi l-apprezzament u l-gratitudni tagħha lejn il-Kunsill Malti għall-Arti talli ġentilment sponsorja l-parteċipazzjoni ta' Malta f’dan l-avveniment.

Performance by Rachelle Deguara (Malta) and Philippe Schockweiler (Luxembourg) in Tram E: Robertsau - l’Etoile
Performance by Rachelle Deguara (Malta) at the Art Gallery Philippe Decorde in Strasbourg
Live performances by Rachelle Deguara (Malta), Philippe Schockweiler (Luxembourg) and Alice Neto de Sousa (Portugal), as well as video performance by Léo Cario (France), at the Hemicycle of the Council of Europe, Strasbourg
Group photo with Permanent Representations and their respective artists from Malta, Luxembourg, and Portugal