Bħala parti mill-10 edizzjoni tal-Forum Dinji għad-Demokrazija: ‘Demokrazija: Tama Ġdida?’, l-E.T l-Ambaxxatur Lorenzo Vella, Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa, kellu l-unur u l-pjaċir li jimmodera ‘Lab 6 - Inklużjoni Soċjali’ nhar it-Tlieta, 8 ta’ Novembru 2022.
Din is-sessjoni indirizzat kwistjonijiet importanti bħal kif l-atturi rilevanti kollha mill-gvernijiet lokali sal-livell internazzjonali, jistgħu jiżguraw li l-gruppi u l-individwi kollha jibbenefikaw ġenwinament minn opportunitajiet indaqs. Jekk l-għodod u l-mekkaniżmi eżistenti humiex biżżejjed biex tiġi eliminata l-esklużjoni soċjali. Kif ukoll ġew diskussi, il-modi u l-mezzi kif tinħoloq sistema li hija flessibbli biżżejjed biex tadatta għall-isfidi tal-futur.
Fil-kapaċità tiegħu bħala Chairperson tal-Kumitat Eżekuttiv taċ-Ċentru Tramuntana-Nofsinhar, l-Ambaxxatur Vella enfasizza r-rwol importanti li għandha din l-aġenzija fil-promozzjoni tad-djalogu, is-sħubija u s-solidarjetà globali. Kif ukoll enfasizza r-rwol fundamentali li għandhom l-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili biex jgħinu jgħelbu l-ostakli għall-inklużjoni soċjali, l-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni politika.
Membri oħra li ħadu sehem f’din is-sessjoni, kienu jinkludu: (i) Samuel Obeng, Direttur Eżekuttiv tal-Parlamentary Network Africa (PNAfrica); (ii) Mariella Morbidelli, Citizens Programme, EUactive Citizenship Project, Bagages a Main BAM, CAP - Ipparteċipa biex Tifhem, Erasmus+; (iii) Marina Vasic, Kunsill tal-Ewropa; u (iv) Georges Ohanessian & Louise Kanza, Delegati Żgħażagħ.
H.E.
Ambassador Lorenzo Vella moderating a session, together with the other
panellist, during the World Forum for Democracy 2022
Youth
Delegates taking an active part on the topic of social inclusion
Participants taking part in ‘Lab 6 – Social Inclusion’ at the World
Forum for Democracy 2022

H.E
Ambassador Lorenzo Vella, Permanent Representative of Malta to the Council of
Europe in Strasbourg