Il-Kompetenzi Ġenerali
L-EUCD
huwa parti mill-istruttura amministrattiva tal-Gvern u jservi
bħala dipartiment ta’ koordinazzjoni għall-politika mal-UE.
Id-Dipartiment ifittex li jiżgura li l-partijiet interessati kollha, jiġifieri
kemm il-Ministeri ewlenin, kif ukoll l-entitajiet u l-agenziji tal-Gvern,
ikunu infurmati u kkonsultati sabiex jittieħdu deċiżjonijiet fil-ħin. Dan
jippermetti lir-rappreżentanti tal-Gvern jipparteċipaw b’mod effettiv
fil-laqgħat kollha fuq livell Ewropew. Għalkemm id-Dipartiment m’huwiex
direttament responsabbli għall-introduzzjoni ta’ liġijiet ġodda, huwa nkarigat
bil-koordinazzjoni għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni xierqa tal-acquis
tal-UE.
L-EUCD
huwa responsabli li jikkordina il-pożizzjoni tal-Gvern għal diversi
diskussjonijiet li jsiru fi ħdan l-istutuzzjonijiet Ewropej,
kif ukoll ma’ Stati Membri oħra. Huwa responsabbli wkoll li jassigura
li l-Instruction/Briefing Notes jaslu fil-ħin għand ir-Rappreżentanza
Permanenti ta’ Malta fl-UE, kif ukoll għand dawk l-uffiċċjali jew
rappreżentanti tal-Gvern li jipparteċipaw fil- kumitati, Working
Parties u laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri u dawk tal-Kunsill
Ewropew.
Id-Dipartiment
huwa responsabbli li jmexxi l-ħidma fit-tħejjija għall-Kumitat
Inter-Ministerjali għall-Affarijiet ta’ l-UE, li jinkludi l-koordinazzjoni
tat-tfassil ta' dokumenti interni u dokumenti li jikonsolidaw il-pożizzjoniijiet
meħtieġa għal teħid ta’ deċiżjoni ġusta u skont il-ħtieġa.
Id-Dipartiment jiffaċilita l-mod ta’ kif tasal fil-ħin il-firxa wiesgħa ta’ informazzjoni
bejn ir-Rappreżentanza Permanenti u l-Ministeri rispettivi u joffri linja gwida
fir-rigward ta’ oqsma differenti ta’ politika. Id-Dipartiment għandu wkoll
funzjoni ta’ “trouble shooting” f`dak li huwa arbitraġġ fuq kwistjonijiet
bejn il-Ministeri.
Id-Dipartiment
huwa wkoll responsabbli biex isegwi l-implimentazzjoni tal-acquis adottat
f'konformità mal-iskadenzi miftehma, kemm f'termini ta' adozzjoni, kif ukoll f’
implimentazzjoni legali.
Barra
minn hekk, id-Dipartiment huwa responsabbli mill-koordinament taż-żjarat
esterni (bħal minn istituzzjonijiet tal-UE u korpi konsultattivi) u
l-preparazzjoni tal-materjal ta' informazzjoni meħtieġa għall-laqgħat
rispettivi.
Sabiex
iwettaq id-dmirijiet tiegħu, bħalissa d-Dipartiment ta' Koordinazzjoni ta’ l-UE
huwa maqsum f`ħames taqsimiet. Dawn huma COREPER I, COREPER II, it-taqsima
Legali, dik tal-Parlament Ewropew u Inter-Ministerjali, u dik
responsabbli mill-Amministrazzjoni.
Viżjoni: Sħubija
bi skop: Li nagħmlu Malta suċċess bis-sħubija fl-UE.
Missjoni: Li
niżguraw il-parteċipazzjoni effettiva ta' Malta fl-istrutturi ta’ l-UE,
fit-tfassil tal-politika, filwaqt li nikkordinaw it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni
tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE bla xkiel.
Valuri: Nimmiraw
li nżommu l-ogħla standards ta’ integrita’ fl-azzjonijiet kollha tagħna, fil-waqt
li nivvalutaw il-ħaddiema tagħna, ninkoraġġixxu l-iżvilupp u nippremjaw
il-prestazzjoni tagħhom.