Delegazzjoni Maltija fl-attendenza għall-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ
Navigate Up
Sign In

Delegazzjoni Maltija fl-attendenza għall-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ġun 14, 2022
 

Dele​gazzjoni mmexxija mill-Ambaxxatur tar-Repubblika ta’ Malta għall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-E.T. Alexander Sceberras Trigona, bħalissa qed tattendi t-tnax-il edizzjoni tal-Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li qed issir f’Ġinevra, l-Isvizzera.

Matul l-ewwel jum ta’ din il-konferenza, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ħabbru li huma impenjati għal sistema ta’ kummerċ multilaterali miftuħa u bbażata fuq regoli moderni fil-qalba tagħha. Barra minn hekk, l-UE se tappoġġja pakkett realistiku għat-12-il edizzjoni, u tistenna li l-membri kollha jagħmlu kontribuzzjonijiet kostruttivi, skont il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tagħhom.

Dan kien enfasizzat ukoll b’mod partikolari waqt l-avveniment Support for Ukraine, li kien organizzat mill-Unjoni Ewropea u li għalih attendew l-E.T. Sceberras Trigona u għadd ta' nazzjonijiet oħra minn madwar id-dinja. Waqt dan l-avveniment, dawk preżenti tennew l-appoġġ sħiħ tagħhom għal, u s-solidarjetà mal-poplu tal-Ukrajna.

Il-kwistjonijiet rigward is-sigurtà tal-ikel minħabba l-gwerra kontra l-Ukrajna huma kritiċi. L-UE se tappoġġja inizjattivi biex tindirizza s-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-ikel tul l-MC12. Hija wkoll favur riżultati agrikoli bbilanċjati, inkluża trasparenza akbar, inkluż fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, u deċiżjonijiet multilaterali biex ix-xiri umanitarju mill-Programm Dinji tal-Ikel jiġi eżentat mir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, kif ukoll jiġu evitati restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli b'mod ġenerali.

Fl-aħħar nett, l-UE ser tappoġġa wkoll il-bidu ta’ programmi ta’ ħidma f’oqsma bħall-appoġġ domestiku li jfixkel il-kummerċ u soluzzjoni permanenti għal ħażna pubblika għas-sigurtà tal-ikel, fost oħrajn, b’karatteristiċi kruċjali li jiggwidaw negozjati futuri. Dr. Okonjo Iweala Ngozi, Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, irrimarkat wkoll li l-pajjiżi membri m'għandhomx jissottovalutaw l-impatt tal-limiti tal-esportazzjoni minħabba li miżuri bħal dawn, meta jiġu applikati, jistgħu jaggravaw il-kriżi tal-ikel globali u l-ktajjen tal-provvista li għaddejjin bħalissa.

B’riżultat ta’ dan, ir-Repubblika ta’ Malta tappoġġja bis-sħiħ l-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex l-MC12 tkun suċċess u tħares ‘il quddiem għal koordinazzjoni tajba bejn l-istati membri kollha f’dan ir-rigward.


WTO MC12 - Image Selected.png

Full Maltese Delegation.jpg