Titlaqqa’ it-tieni sessjoni tal-Kummissjoni Konġunta tal-Kummerċ bejn Malta u t-Turkija
Navigate Up
Sign In

Titlaqqa’ it-tieni sessjoni tal-Kummissjoni Konġunta tal-Kummerċ bejn Malta u t-Turkija

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Fra 08, 2023
 
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg żar it-Turkija għat-tieni sessjoni tal-Kummissjoni Konġunta tal-Kummerċ bejn Malta u t-Turkija.

din is-sessjoni, il-Ministru Ian Borg flimkien mal-Ministru għall-Kummerċ tat-Turkija Mehmet Muş qablu li din il-Kummissjoni hija turija ċara tar-relazzjonijiet bilaterali b’saħħithom li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi, anke fid-dawl taż-żjara li kellu ftit tal-ġimgħat ilu mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Mevlüt Çavuşoğlu.

Waqt il-laqgħa tal-Kummissjoni l-Ministru Borg tkellem dwar kif Malta se tkun qed taħdem biex fiż-żmien li ġej potenzjalment tittella’ ukoll delegazzjoni ta’ kummerċ fit-Turkija, sabiex ikunu jistgħu jsiru aktar laqgħat ta’ bejn in-negozji miż-żewġ pajjiżi.

Intqal ukoll kif iż-żewġ pajjiżi qed iħarsu lejn kollaborazzjoni f’diversi setturi, primarjament it-teknoloġija, it-turiżmu, il-film, l-edukazzjoni, l-agrikoltura, il-marittimu u anke l-infrastruttura.

Il-ministri ddiskutew ukoll id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom in-negozjanti taż-żewġ pajjizi minn żmien għall-ieħor u kif dawn jistgħu jittaffew.

Titlaqqa’ it-tieni sessjoni tal-Kummissjoni Konġunta tal-Kummerċ bejn Malta u t-Turkija 

Aktar kollaborazzjoni f’diversi setturi bejn Malta u t-Turkija 

Il-Ministru Ian Borg flimkien mal-Ministru Mehmet Muş 

Jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u t-Turkija