Consul-On-The-Move
Navigate Up
Sign In

Consul-On-The-Move

L-ambaxxati Maltin barra mill-pajjiż, permezz ta’ investiment ta’ madwar €250,000 mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, investew f’apparat ġdid tal-programm Consul-On-The-Move (COTM).


Il-programm COTM jaħseb għall-komunitajiet Maltin li jgħixu barra minn Malta billi jipprovdi servizzi governattivi eqreb ta’ djarhom bħal applikazzjonijiet ġodda u tiġdid ta’ passaporti, applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija u reġistrazzjonijiet ta’ ċertifikati ta’ twelid, mewt, u żwieġ. Dan il-programm se jkun disponibbli f'ħames pajjiżi: l-Awstralja, New Zealand, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Kanada.


L-apparat il-ġdid tal-COTM jikkonsisti f’tablet li tinkludi kamera, fingerprint reader, scanner tal-passaporti, signature pad, scanner tal-barcode u dawl. B’hekk it-tablet tinkorpora l-apparat li kienu jintużaw qabel separatament f’apparat wieħed li jiżen biss 4 kilogrammi, b’kuntrast mal-apparat ta’ qabel li kien jiżen 15-il kilogramma. Dan ifisser li l-apparat il-ġdid jokkupa ħafna inqas spazju u jista’ faċilment jinġarr fl-idejn. Dan kollu jgħin waqt l-ivjaġġar tal-uffiċjali f’żoni differenti tal-pajjiż ikkonċernat.


Fid-dawl li matul dawn l-aħħar snin id-domanda għal dawn is-servizzi żdiedet, u kien hemm ukoll upgrade fis-sistema ta’ verifika disponibbli għall-uffiċjali, il-Ministeru ħass il-ħtieġa li jinvesti f’apparat ġdid tal-COTM biex dan ikun wieħed aktar prattiku kif ukoll li jassigura aktar effiċjenza fl-għoti tas-servizzi.


L-apparat il-ġdid huwa mgħammar ukoll bl-aħħar verżjoni tas-software u jiġi b’servizz ta’ Wi-Fi u b’faċilità t’installazzjoni ta’ sim card għall-użu ta’ 3G. Dan joffri l-funzjonalità ta’ appoġġ kif ukoll il-kapaċità li jinħarġu passaporti meta l-uffiċjali jkunu barra mill-uffiċċju.


Il-programm COTM huwa servizz essenzjali offrut mill-Ministeru f’konformità mal-viżjoni tal-gvern li jkollu servizzi governattivi eqreb taċ-ċittadini tiegħu. Permezz ta’ dan l-apparat il-ġdid, il-Ministeru qed ikompli jtejjeb il-kwalità tas-servizzi li jingħataw, filwaqt li jżid l-effiċjenza u jnaqqas il-burokrazija fit-tħaddim tiegħu.



New Consul On The Move toolkit
Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta
18, Zachary Street
Valletta
Malta
331, Allied House
St. Paul Street,
Valletta, VLT 1211
Malta
172, Melita Street
Valletta
Malta

Telefown
2124 2191
2124 2191

Fax
2123 6604
2123 6604

Imejl