Direttorat Ġenerali Għall-Affarijiet Globali, l-Iżvilupp Internazzjonali u Affarijiet Ekonomiċi
Navigate Up
Sign In

Direttorat Ġenerali Għall-Affarijiet Globali, l-Iżvilupp Internazzjonali u Affarijiet Ekonomiċi

Direttorat Ġenerali Għall-Affarijiet Globali, l-iżvilupp Internazzjonali u Affarijiet Ekonomiċi


Mr Neville Aquilina 


Global Issues, International Development and Economic Affairs

Id-Direttorat tal-Affarijiet Globali huwa responsabbli biex jissorvelja kwistjonijiet relatati ma organizzazzjonijiet internazzjonali varji, fosthom mal-Ġnus Magħquda u il-Commonwealth, kif ukoll temi varji bħad d-drittijiet tal-bniedem, id-diżarm, it-terroriżmu, l-ambjent, il-migrazzjoni u l-asil, l-affarijiet marittimi, is-sanzjonijiet u l-kontroll tal-esportazzjoni, l-kandidaturi u il-kontribuzzjonijiet. Fuq bażi annwali, id-Direttorat jikkoordina u jipprepara tagħrif (l-briefs) għall-laqgħat tad-delegazzjoni Maltija matul il-ġimgħa Ministerjali fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, kif ukoll jikkoordina l-preżentazzjoni perjodika tar-rapporti ta’ Malta lill-korpi varji tal-Ġnus Magħquda bħall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-korpi sussidjarji varji tagħha, ir-Reviżjoni Perjodika Universali, il-Kumitat dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi. Fi ħdan l-ambitu tal-migrazzjoni u l-asil id-Direttorat jikkomunika mal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u Sigurtà Nazzjonali u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-UE fejn jkopru laqgħat tekniċi kif ukoll diskussjonijiet kemm fi Brussell kif ukoll fi bliet oħra.  L-Uffiċjal (Migration Desk) fi ħdan id-direttorat li tkopri l-Migrazzjoni tissorvelja d-dimensjoni esterna tal-politika tal-migrazzjoni u tikkomunika ma' numru ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll entitajiet lokali fit-tfassil tal-politika nazzjonali u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni.


Contact Points

UN and EU Sanctions

Official Development Assistance and Humanitarian Aid      


Director Global Issues

(UN and international organisations, Commonwealth, human rights, disarmament, terrorism, environment, migration, maritime, sanctions and export control, candidatures, contributions, international institutions in Malta) 

Vakanti


Assistant Director Global Issues
 
(UN and international organisations, Commonwealth, human rights, disarmament, terrorism, environment, migration, maritime, sanctions and export control, candidatures, contributions, international institutions in Malta) 

Ms Corinne Casha


Director International Development, Economic Affairs and European Institutions  / Cultural Diplomacy

(Development and Humanitarian Assistance, Commercial Promotion, Cultural Promotion, OSCE, Council of Europe, Economic Affairs, European Parliament, MFA Focal Point for EU Presidency)

Ms Leonie Aquilina 


Assistant Director International Development, Economic Affairs and European Institutions  / Cultural Diplomacy

(Development and Humanitarian Assistance, Commercial Promotion, Cultural Promotion, OSCE, Council of Europe, Economic Affairs, European Parliament, MFA Focal Point for EU Presidency)

Dr Sharon Sciclun​a​

It-Taqsima għad-Diplomazija Kulturali twaqqfet fl-2013 bil-għan li timplimenta l-politika tal-Ministeru dwar id-Diplomazija Kulturali. L-għan ewlieni tat-taqsima hu li tippromwovi l-kultura u l-identità Maltija permezz tal-ħolqien ta’ xibka ta’ kuntatti li jiffukaw fuq l-importanza ta’ Malta bħala pajjiż fiċ-ċentru tal-Mediterran u membru tal-Unjoni Ewropea. L-intenzjoni ta’ din it-Taqsima hi li tibni infrastruttura b’saħħitha li tagħmilha possibbli għall-Ambaxxati Maltin li jagħmlu lil Malta aktar viżibbli permezz tal-kultura, kif ukoll billi jibni portafoll kulturali ta’ livell għoli li jkun jista’ jiġi esportat fl-aħjar interess ta’ pajjiżna. Ir-rwol tat-taqsima huwa wkoll li jkun hemm skambji u tixrid ta’ għarfien kulturali flimkien ma’ sħab lokali u barranin biex jintlaħqu l-oġġettivi tal-mandat tagħha bl-aħjar mod possibbli.


Fergħa oħra tat-Taqsima għad-Diplomazija Kulturali hija l-Fond għad-Diplomazija Kulturali li  tnieda fl-2012. Il-Fond huwa mmexxi mit-Taqsima u bord appuntat apposta li jikkonsisti minn rappreżentanti mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej. L-għan tal-Fond hu li jinċentiva l-Ambaxxati  Maltin biex jorganizzaw u jipparteċipaw f’inizjattivi kulturali li jirriflettu l-idjoma kulturali Maltija, kif ukoll id-dimensjoni inter-kulturali mwaħħda ma’ dawn l-inizjattivi. Bħalissa hemm żewġ sejħiet annwali għal proposti li jiġu esklussivament mill-Ambaxxati Maltin.


It-Taqsima tal-Iżvilupp hija responsabbli għall-Iżvilupp u Għajnuna Umanitarja, u tiżgura li Malta tkun rappreżentata b'mod xieraq fid-diskussjonijiet rilevanti tal-UE u tan-NU, skont ir-regoli tal-OECD-DAC. L-Istrument għall-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) jinvolvi laqgħat li jinżammu fi Brussell bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Id-DCI huwa l-istrument finanzjarju ewlieni tal-UE għall-koperazzjoni għall-iżvilupp fil-perjodu 2014-20. L-għan primarju ta' koperazzjoni taħt id-DCI hu l-qerda tal-faqar. Mill-banda l-oħra tal-Partnership Instrument (PI)  jaqdi l-funzjoni li tiffinanzja attivitajiet fi kwalunkwe pajjiż mhux tal-UE, b'enfasi fuq pajjiżi ta' interess strateġiku għall-UE.


Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp huwa l-istrument ewlieni għal appoġġ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP). Il-Ftehim Ewropej ta’ Sħubija huma nnegozjati bejn l-UE u r-reġjuni tal-AKP li minn naħa tagħhom huma nvoluti fi proċess reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika. Il-Miri tal-Millenju għall-Iżvilupp jaħsbu biex ikun eliminat il-faqar u l-ġuħ mill-pajjiżi sotto-żviluppati. L-għan ġenerali tal-Politika Ġdida tal-Iżvilupp post-2015 hu li jsir sforz akbar u ffukat sabiex il-faqar jinqered kompletament. Is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp 2015 għandha l-għan li tqajjem kuxjenza akbar fost iċ-ċittadini tal-UE fuq dan is-suġġett.


L-OSCE hija l-akbar organizzazzjoni tas-sigurtà reġjonali fid-dinja li tikkonsisti f’57 stat membru. L-OSCE toffri forum għal taħditiet politiċi, kif ukoll tgħin fin-negozjati biex jissolvew il-konflitti. L-OSCE għandha wkoll numru ta’ missjonijiet f’diversi pajjiżi li l-għan tagħhom hu li joffru assistenza waqt u wara kriżi li tkun laqtet pajjiżi partikolari.


Il-Kunsill tal-Ewropa, huwa msejjes fuq il-ħarsien tal-valuri fundamentali, bħad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u jikkumplimenta lill-Unjoni Ewropea fix-xogħol tagħha. Il-Kunsill tal-Ewropa jikkonsisti f’47 membru stat, li 28 minnhom huma membri tal-Unjoni Ewropea. Kull stat membru tal-Kunsill tal-Ewropa iffirma il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-Dritt.


It-Taqsima għall-Affarijiet Kummerċjali hija l-focal point tal-Ministeru fuq il-Joint Stakeholders Working Council (JSWC), li jservi biex jiġu kkordinati l-attivitajiet ta’ promozzjoni li jsiru barra l-pajjiż kif ukoll biex ikunu identifikati miri strateġiċi li jwasslu biex ikunu sfruttati opportunitajiet ġodda fi swieq emerġenti kif ukoll f’dawk il-pajjiżi fejn il-Ministeru jista’ jilgħab rwol ewlieni fil-promozzjoni t’investiment barrani lejn Malta. It-taqsima tassisti wkoll l-Ambaxxati tagħna fit-talbiet kummerċjali li jirċievu kif ukoll fl-organizzazzjoni t’avvenimenti relatati mall-kummerċ u tipprovdi għajnuna  lil dawk id-delegazzjonijiet li jżuru Malta.  It-taqsima ssegwi wkoll l-iżviluppi fix-xena internazzjonali ekonomika bl-assistenza ta’ Ministeri oħrajn, kif ukoll tal-Ambaxxati u r-Rappreżentazzjonijiet Permanenti tagħna barra l-pajjiż.

Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta
18, Zachary Street
Valletta
Malta
331, Allied House
St. Paul Street,
Valletta, VLT 1211
Malta
172, Melita Street
Valletta
Malta

Telefown
2124 2191
2124 2191

Fax
2123 6604
2123 6604

Imejl