Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Politiċi u Affarijiet Ewropej
Navigate Up
Sign In

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Politiċi u Affarijiet Ewropej

Direttur-Ġenerali għall-Affarijiet Politiċi u Affarijiet Ewropej


Amb. Fiona J. Formosa


 

Id-Direttorat Ġenerali jiżgura li jiġu milħuqa l-għanijiet tal-politika barranija ta’ Malta dwar kwistjonijiet bilaterali u reġjonali. Dan iseħħ ukoll permezz ta' parteċipazzjoni attiva fil-Politika Esterna u ta' Sigurtà Komuni (CFSP) tal-Unjoni Ewropea kif ukoll f’fora oħra. Ix-xogħol tad-DĠ jinkludi l-preparazzjoni tal-pożizzjonijiet u l-interventi fil-Kunsill tal-Affarijiet Barranin (FAC) u  fi istrutturi oħra tal-Kunsill, inklużi laqgħat ta’ Gruppi ta' Ħidma varji. Id-DĠ huwa maqsum f’żewġ Direttorati: Direttorat għall-Affarijiet Ewropej u-d- Direttorat għar-Relazzjonijiet Esterni u Mediterranji..

 

 

Direttur għar-Relazzjonijiet Esterni u Mediterranji

 

Sur Claude Bonello 

 

 

Assistent Direttur għar-Relazzjonijiet Esterni u Mediterranji

 

Vakanti



Direttorat għar-Relazzjonijiet Esterni u Mediterranji

 

Ir-relazzjonijiet ta’ Malta ma’ pajjiżi li m’humiex membri tal-Unioni Ewropeja u l-pożizzjoni Maltija fir-rigward ta’ politika internazzjonali huma ko-ordinati mid-Direttorat għar-Relazzjonijiet Esterni u Mediterranji. Dawn il-pożizzjonijiet huma espressi wkoll, fejn xieraq, fuq livell Ewropew fi ħdan l-istrutturi tal-Politika Komuni għall-Affarijiet Barranin u Sigurta’.


Fil-kuntest reġjonali, parteċipazzjoni attiva fil-proċess Ewro-Mediterranju, li issa sar l-Unjoni għall-Mediterran li tħaddan fiha l-pajjiżi tal-Meditterran kollha, u mfassla biex isservi bħala mutur għall-implimentazzjoni ta ' proġetti prattiċi, tibqa’ prijorita ewlenija. L-involviment ta’ Malta f’fora reġjonali u inizjattivi b’relevanza diretta għar-reġjun Mediterranju, bħal Politika Ewropeja mal-pajjiżi ġirien, id-Djalogu tal-pajjiżi fil-Punent tal-Mediterran (5+5), u l-Union for the Mediterranean huma wkoll ko-ordinati mid-Direttorat.


Konsistenti mal-Miri Strateġiċi tal-Ministeru fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali, partikolarment mal-pajjiżi ġirien, id-Direttorat jaħdem sabiex jiġu indukrati r-relazzjonijiet barranin ta’ Malta fuq livell bilaterali filwaqt li tingħata attenzjoni għall-kwistjonijiet ta' interess direttId-Direttorat jiffoka primarjament fuq ir-relazzjonijiet ta' Malta mal-pajjiżi ġirien,  u oħrajn lil’hinn bħall-iStati Uniti, r-Russja u ċ-Ċina, li ma’ dawn il-pajjiżi Malta minn dejjem kellha relazzjonijiet tajbin ħafna.  Id-Direttorat huwa wkoll responsabbli għar-relazzjonijiet politiċi ta’ Malta mal-pajjiżi Afrikani u mal-Unjoni Afrikana, kif ukoll sabiex isegwi l-iżviluppi fil-Lvant Nofsani.



Direttur Affarijiet Ewropej


Sa. Annabelle Shawish Mifsud

 

 

Assistent Direttur Affarijiet Ewpropej

 

Vakanti



Direttorat all-Affarijiet Ewropej


Id-Direttorat all-Affarijiet Ewropej imexxi r-relazzjonijiet bilaterali ġenerali ta’ Malta mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Huwa wkoll responsabbli għar-rabtiet ta’ Malta mal-Albanija, Andorra, Bosnja u Ħerzegovina, lil-Maċedonja ta’ Fuq, l-Iżlanda, il-Kosovo, il-Liechtenstein, Monako, il-Montenegro, in-Norveġja, San Marino, is-Serbja, l-Iżvizzera u t-Turkija kif ukoll mas-Santa Sede u l-Ordni Militari Sovran ta-Kavallieri ta’ San Gwann ta’ Ġerusalemm, Rodi u Malta.


L-għan ewlieni ta' dan id-Direttorat huwa li joħloq, iżomm u jtejjeb ir-rabtiet sodi u ta' benefiċċju reċiproku ma' dawn il-pajjiżi kollha. L-irwol tiegħu hu li jifformula u jikkoordina l-politika nazzjonali fir-rigward tagħhom sabiex l-interessi ta' Malta jiġu protetti waqt li r-relazzjonijiet tagħha mal-ġirien Ewropej jinżammu fl-aħjar livell possibbli. Id-Direttorat jamministra wkoll żjarat uffiċjali ta' livell għoli lejn u minn pajjiżi Ewropej msieħba, filwaqt li  jikkoordina u jgħin fl-organizzazzjoni tagħhom kif meħtieġ.


Xogħol ewlieni tad-Direttorat all-Affarijiet Ewropej huma inizjattivi bilaterali Ewropej tal-Ministeru, fejn jiġu promossi skambji reċiproċi vantaġġużi fil-livelli kollha u jgħin sabiex jiġu fis-seħħ ftehiem li jirregolaw kwistjonijiet ta' importanza għall-poplu ta' Malta u dawk ta' interlokuturi Ewropej tagħha.


Ir-relazzjonijiet mal-istati tal-Balkani tal-Punent, kif ukoll il-perspettiva tal-UE tagħhom għal dawk il-pajjizi li għadhom ma fetħux in-negozjati, jaqgħu wkoll fi ħdan il-kompetenza ta’ dan id-Direttorat.

Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta
18, Zachary Street
Valletta
Malta
331, Allied House
St. Paul Street,
Valletta, VLT 1211
Malta
172, Melita Street
Valletta
Malta

Telefown
2124 2191
2124 2191

Fax
2123 6604
2123 6604

Imejl