Il-Commonwealth Business Forum taċ-CHOGM 2015 imniedi f’Napli
Navigate Up
Sign In

Il-Commonwealth Business Forum taċ-CHOGM 2015 imniedi f’Napli

Reference Number:  , Press Release Issue Date: Set 17, 2015
 

Nhar il-15 ta' Settembru 2015, l-E.T. Ambaxxatriċi Vanessa Frazier, akkumpanjata mis-Sur Philo Meli mit-taskforce ta’ CHOGM Malta 2015 u l-Konslu Ġenerali s-Sur Ivan Vassallo kienu f'Napli għal żjara ta' ġurnata biex iniedu l-Commonwealth Business Forum li se jsir f'Malta bejn l-24 u s-26 ta' Novembru 2015.

Aktar minn 100 imprenditur mir-Reġjun tal-Campania u minn Nofsinhar tal-Italja kienu preżenti għal din l-attivita' li ġiet organiżżata mill-għaqda Imprese del Sud. L-Ambaxxatriċi Frazier spjegat kif il-Commonwealth Business Forum jista' jkun ta' interess għal kumpaniji Taljani li jridu jmorru ‘l hinn mis-swieq tradizzjonali. L-Ambaxxatriċi wriet preżentazzjoni fuq it-temi varji parteċipanti u kif dawn l-imprendituri għandhom jirreġistraw għall-Commonwealth Business Forum.

Il-programm tal-ġurnata beda bi żjara lill-President tar-Reġjun Campania, Vincenzo de Luca. Il-laqgħa ffokat fuq opportunitajiet ta' kooperazzjoni bejn Malta u l-Campania fil-qasam tal-impriżi, speċjalment bl-opportunitajiet li jġib miegħu ċ-CHOGM u l-Business Forum. Fil-laqgħa mal-President de Luca ġew diskussi wkoll opportunitajiet ta' kooperazzjoni fil-qasam edukattiv, fl-industrija u t-Turiżmu.


Rome.jpg

Rome 2.jpg

Rome 3.jpg

Rome 4.jpg