It-Taqsima tal-Legalizzazzjoni
fi ħdan l-Uffiċċju għas-Servizzi Konsulari għandha l-għan li tipprovdi servizz effiċjenti u affidabbli lill-klijenti kollha li jeħtieġu legalizzazzjoni ta’ dokumenti uffiċjali.
Tipi ta’ Dokumenti
It-Taqsima tal-Legalizzazzjonijiet tillegalizza:
- Dokumenti oriġinali maħruġa minn entitajiet
Pubbliċi f’Malta bħal m’huma r-Reġistru Pubbliku, l-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), il-Pulizija
ta’ Malta u l-Università ta’ Malta fost oħrajn;
- Kopji oriġinali ta’ dokumenti li ġew notarizzati; bħala kopji orġinali ta’ dokumenti maħruġa minn Nutara Pubbliċi, Avukati u Accountants Pubbliċi
Ċċertifikati
u Awdituri, li huma
rreġistrati
mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ (MFET);
- Dokumenti tradotti, biss minn traduttur li għandu l-firma rreġistrata mal-Ministeru.
- Dokumenti kummerċjali jiġu legalizzati/apostillati jekk id-dokumenti oriġinali jkunu ffirmati u stampati minn uffiċjal tal-MFSA
rreġistrat mal-MFET;
- Dokumenti
tan-negozju jiġu legalizzati/apostillati biss jekk id-dokumenti huma
notarizzati
minn prattikant legali, Accountant
Pubbliku Ċċertifikat jew awditur rreġistrat mal-MFET.
Il-Proċeduri tal-Legalizzazzjoni
Il-Legalizzazzjoni/Apostillar ta’ dokumenti jista’ jseħħ jew permess tas-servizz walk-in
waqt il-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċċju; jew billi d-dokumenti jiġu depożitati f’kaxxa apposta li tinsab fl-entratura tal-binja tal-Ministeru fi 18, Triq Żakkarija, il-Belt Valletta. Meta jintużaw dawn
is-servizzi, il-proċeduri t’hawn isfel għandhom jiġu osservati.
Is-Servizz tal-Walk-in
Meta
persuna żżur l-uffiċċju huwa mandatorju li jintuża s-sanizzatur tal-idejn u jintlibsu
l-maskri tal-wiċċ.
Il-klijenti jitħallew
jidħlu fil-binja wara li tkun iċċekkjata it-temperatura tagħhom.
Huwa
rrakkomandat li għal mistoqsijiet, il-klijenti jevitaw li jżuru l-uffiċċju, u minflok iċemplu jew jibgħatu imejl biex jikkjarifikaw il-mistoqsija tagħhom. Għal dettalji ta’ kuntatt, wieħed jista jagħfas hawn.
Is-Servizz
tad-Drop-box
Klijenti b’aktar minn għaxar (10) dokumenti għal-legalizzazzjoni jridu jħallu d-dokumenti tagħhom fil-kaxxa.
Addizzjonalment, dawk il-klijenti li jixtiequ jħallu d-dokumenti l-uffiċċju u jiġbruhom iktar
tard, jistgħu jiddepożitaw id-dokumenti tagħhom f’din il-kaxxa.
Id-dokumenti kollha ddepożitati fil-kaxxa jkunu lesti biex jinġabru fi żmien tlett (3) ijiem mid-data li t-Taqsima tkun irċeviethom.
Meta wieħed jiddepożita d-dokumenti, huwa mportanti li tittieħed nota ta’ dan li ġej:
- id-dokumenti
għandhom jitqiegħdu f’envelop issiġillat immarkat “Legalisation”,
b’kull wieħed immarkat
bil-pajjiż fejn ikun ser jintuża;
- il-ħlas
għandu jsir b'ċekk pagabbli lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ (€20 għal
dokumenti kummerċjali u €12 għal dokumenti personali) u mqiegħed fl-istess envelop;
- in-numru
tal-mowbajl
għandu jiġi nkluż sabiex l-uffiċjali jkunu jistgħu iċemplu lil klijent meta
d-dokumenti jkunu
lesti biex jinġabru.
Informazzjoni dwar il-promozzjoni
tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti
għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea (UE)
Skont ir-Regolament
tal-UE li jippromovi
movement liberu taċ-ċittadini,
mis-16 ta’ Frar 2019 ċerti dokumenti pubbliċi u l-kopji veri tagħhom ġew eżentati mil-legalizzazzjoni u l-formalitajiet
tal-apostillar fi
ħdan l-UE.
Għal xi wħud minn dawn id-dokumenti (ara aktar ‘l isfel dawk li huma b’tipa
grassa), wieħed jista jitlob
ukoll formola multilingwi standardizzata sabiex jiġi evitat ir-rekwiżit
tat-traduzzjoni u għaldaqstant f’kull każ, traduzzjoni ċċertifikata magħmula fi
kwalunkwè Stat Membru tal-UE għandha tiġi aċċettata.
L-eżenzjoni mill-legalizzazzjoni u l-formalità
ta’ apostillar tapplika biss għal dokumenti
u l-kopji veri tagħhom maħruġa
mill-awtoritajiet pubbliċi
tal-Istat Membru u ppreżentati lill-awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru ieħor.
Dawn huma:
- Dokumenti
maħruġa mill-Qorti jew minn uffiċċjal mill-Qorti;
- Dokumenti
amministrattivi;
- Atti
nutarili;
- Ċertifikati
uffiċjali f’dokumenti privati;
- Dokumenti
diplomatiċi
jew konsulari.
Barra
minnhekk, l-eżenzjoni
msemmija aktar ‘il fuq, tapplika biss
għal dokumenti relatati ma’ xi waħda mill-sitwazzjonijiet li ġejjin:
- twelid;
- mewt;
- li persuna hija ħajja;
- isem;
- żwieġ, kapaċità
ta żwieġ jew stat ċivili;
- divorzju,
separazzjoni legali jew annullament ta’ żwieġ;
- sħubija rreġistrata, kapaċità li tidħol fi sħubija
rreġistrata
u status ta’ sħubija rreġistrata;
- xoljiment ta’ sħubija rreġistrata, separazzjoni
legali jew annullament ta’ sħubija
rreġistrata;
- adozzjoni;
- domiċilju u/jew residenza;
- nazzjonalità;
- nuqqas ta’ rekordju kriminali;
- ħruġ ta’ kandidati jew votazzjoni
fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jew f’elezzjonijiet muniċipali fi Stati Membri oħra.
Kif diġa’ ġie indikat aktar ‘il fuq, id-dokumenti t’hawn fuq li li jidhru b’tipa grassa
huma wkoll disponnibli f’formola multilingwi standardizzata. Huwa mportanti li wieħed jinnota li mhux l-Istati Membri kollha joħorġu formoli ta’ dan it-tip. Il-formoli
multilingwi jistgħu jintużaw biss fi Stati Membri oħra, u għandhom jiġu
ppreżentati flimkien mad-dokumenti pubbliċi li huma relatati magħhom.
Fejn Stat Membru jippermetti l-preżentazzjoni ta’ kopja
ċċertifikata ta’ dokument pubbliku minflok l-oriġinali, l-awtoritajiet ta’
dak l-iStat Membru jridu jaċċettaw kopja ċċertifikata magħmula mill-iStat
Membru fejn ikun inħareġ id-dokument pubbliku.
Iktar informazzjoni fuq ir-regolamenti
u l-formola multilingwali standardizzata tista’ tinkiseb mir-Reġistru Pubbliku li jaqgħa taħt il-mandat tal-Aġenzija Identity Malta (IMA).
Legalizzazzjoni tal-firem fuq
dokumenti pubbliċi
Dokumenti uffiċċjali pubbliċi li jeħtieġu
legalizzazzjoni għandhom dejjem ikollhom firma oriġinali ta’ persuna ibbażata
f’Malta u rreġistrata mal-MFET. Id-dokumenti jiġu legalizzati ġaladarba din
il-firma tkun ġiet imqabbla mill-uffiċjal tat-Taqsima mal-firma oriġinali
disponibbli fid-database tal-Ministeru. Kif tiġi aċċertata l-awtentiċità
tal-firma, id-dokument ikun jista jiġi legalizzat permezz tat-twaħħil ta’
ċertifikat apostillat jew ċertifikat legalizzat.
Dokumenti ddestinati
għall-pajjiżi li ma ffirmawx il-Konvenzjoni ta’ The Hague fuq ir-rikonoxximent
taċ-ċertifikati jkunu jeħtieġu ċertifikat tal-legalizzazzjoni mill-Ministeru.
Sussegwentement, dan ikollu jiġi kontro-legalizzat
minn rappreżentant tal-pajjiż fejn id-dokument huwa mistenni li jiġi preżentat.
Għandu jiġi nnutat li kontro-legalizzazzjonijiet isiru fl-ambaxxati u konsulati
barranin varji f’Malta. Fl-assenza ta’ rappreżentenza diplomatika f’Malta,
id-dokumenti jkollhom jintbagħtu mill-klijent lill-Ambaxxata akkreditata għal Malta
f’xi pajjiż ieħor.
Klijenti li jgħixu barra minn
Malta li għadhom bżonn jagħmlu legalizzazzjoni/apostillar fuq dokumenti Maltin
għandhom jagħmlu kuntatt mat-Taqsima tal-Legalizzazzjoni.
Klijenti li jixtiequ jiċċekkjaw jekk il-firma ta’ professjonisti
jew traduttur hijiex irreġistrata mal-Ministeru għal fini ta’ legalizzazzjoni/apostillar,
jistgħu jikklikkjaw hawn u jdaħħlu l-isem u l-kunjom tal-persuna
professjonali jew traduttur.
Ir-Reġistrazzjoni tal-firma mal-MFET
Professjonisti jew persuni
oħra maħtura li jixtiequ jirreġistraw il-firma tagħhom mal-Ministeru, għandhom
jimlew Specimen Signature Form li tista’ titniżżel billi wieħed jikklikkja
hawn.
Li ġej hija d-dokumentazzjoni li trid tiġi ppreżentata mal-formola
tal-applikazzjoni skont il-każ:
- Avukati u Nutari – Covering letter, kopja tal-warrant
u kopja tal-karta tal-identità. F’każi fejn l-avukat/nutar ikun ser jiffirma
dokumenti f’isem il-kumpanija, l-formola tal-applikazzjoni trid tinkludi l-covering
letter bil-letterhead tal-kumpanija u ffirmata mill-Kap
tal-kumpanija.
- Accountants Pubbliċi Ċċertifikati u Awdituri –
Covering letter,
kopja tal-warrant u kopja
tal-karta tal-identità. Jekk il-persuna se tiffirma dokumenti f’isem il-kumpanija, l-formola
tal-applikazzjoni trid tinkludi l-covering letter bil-letterhead
tal-kumpanija u ffirmata mill-Kap tal-kumpanija.
- Kapijiet tal-Iskejjel
– Covering letter u kopja tal-karta tal-identità.
- Kapijiet
ta’ Skejjel Internazzjonali – Covering
letter, kopja tal-karta tal-identità u ċertifikat maħruġ
mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.
- Konsli/Diplomatiċi – Note Verbale
oriġinali u kopja tal-karta diplomatika.
- Uffiċċjali tal-Gvern
– Covering letter minn superjur dirett u kopja tal-karta
tal-identità.
- Tradutturi
– Covering letter, degree relatat mal-lingwistika/traduzzjoni (Grad 6 jew ogħla) u kopja tal-karta tal-identità (l-applikanti jrid ikollhom karta tal-identita jew permess ta’ residenza Maltija). Jekk it-traduttur interessat ikollu kwalifika akkademika barranija, għandu jissottometti r-rikonoxximet u l- komparabilita tal-kwalifiki akkademiċi għall-kwalifiki Maltin maħruġa mill-MQRIC (https://ncfhe.gov.mt/en/services/Pages/All%20Services/mqric.aspx). Jekk il-persuna se tiffirma dokumenti f’isem il-kumpanija, l-formola tal-applikazzjoni trid tinkludi l-covering letter bil-letterhead tal-kumpanija u ffirmata mill-Kap tal-kumpanija.
Huwa imperattiv li
wieħed jinnota li l-Ministeru jirriserva d-dritt li jirrifjuta kwalunkwè
applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-firem jekk l-applikant ma jilħaqx
ir-rekwiżiti ta’ eliġibilità msemmija hawn fuq.
Kull firma tibqa’ valida għal perjodu ta’ tlett (3)
snin mid-data tar-reġistrazzjoni. Xahar qabel il-perjodu tal-iskadenza,
kull firmatarju jiġi nnotifikat permezz ta’ imejl biex iġedded l-applikazzjoni.
F’każ li ma jerġax japplika sabiex iġedded il-firma rreġistrata li jkollu qabel,
din titneħħa mid-database tal-Ministeru. Firem li jonqsu milli jiġu
mġeddin ma jibqgħux rikonoxxuti għal skopijiet tal-Legalizzazzjoni/Apostillar.
Hija wkoll ir-responsabilità tal-firmatarju li jinforma lit-Taqsima
tal-Legalizzazzjoni dwar kwalunkwè tibdil fid-dettalji li jkunu ġew sottomessi
fil-formola tal-iSpecimen Signature waqt li din tkun għadha valida. Fil fatt, jekk il-firmatarju
jonqos milli jinforma lit-Taqsima b’xi tibdil fl-informazzjoni bħal bidla fil-kunjom,
fid-denominazzjoni, fl-organizzazzjoni jew tibdil fil-firma u timbri, il-proċess
tal-apostillar/legalizzazzjoni fuq id-dokument approvat mill-firmatarju ma
jkunx jista’ jseħħ.
Tariffi u metodi ta’ ħlas
Miżata ta' €20.00 għandha titħallas għal kull dokument. Madankollu, f’każijiet ta’ dokumenti personali bħal ċertifikati maħruġa mir-Reġistru Pubbliku jew l-Universita’, il-miżata hi dik ta’ €12.00 għal kull dokument. Il-pagament jista’ jsir permezz ta’ ċekk pagabbli lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jew permezz ta’ karta ta’ kreditu jew debitu.
Avviż importanti:
Mill-1 ta’Jannar 2022, skont Direttiva maħruġa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, ma jistgħux jinħarġu ċekkijiet għal ammonti ta’ €20 jew inqas. F’dawn il-każijiet, il-ħlas għandu jsir b’karta ta’ debitu/kreditu jew b’ordni postali.
Dokumenti ta’ Adozzjoni
Dawn id-dokumenti jiġu llegalizzati mingħajr ħlas mal-preżentazzjoni
ta’ covering
letter maħruġa
mill-Aġenzija reġistrata għall-Adozzjoni.
Għinna nipprovdulek servizz aħjar
Dan ikun possibbli kemm-il darba
inti bħala klijent:
- tiċċekkja minn qabel
f’liema pajjiż se tuża id-dokument/i;
- tipprovdina bi traduzzjoni
magħmula f’Malta meta d-dokumenti jridu jiġu tradotti; u
- jekk id-dokumenti
huma kopji, kun żgur li huma notarizzati, (ħlief ghall-dokumenti tal-Malta
Buisness Registry li dawn għandhom jiġu ppreżentati oriġinali b’firma mill-uffiċjali tal-MBR biex ikunu eliġibbli
għall-apostillar).